Saturday, December 28, 2024

IL-LEGAT LI ĦALLA WARAJH DUN ANĠ SEYCHELL 

Aqra wkoll

Dun Anġ Seychell, li lbieraħ ingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun, bla dubju se jibqa mfakkar għal-legat li se jħalli warajh, legat li jibqa’ għal ġenerazzjonijiet li ġejjin. 

L-aħbar tal-mewt tiegħu u r-reazzjonijiet li qanqlet minn bosta persuni ċertament turi kemm Dun Anġ kien bniedem maħbub u li bl-eżempji tiegħu naqqax post f’qalb dawk kollha li xi darba jew oħra fittxewh għall-għajnuna. Imma mhux biss.

Meta wieħed issemmi isem Dun Anġ, mill-ewwel jassoċjaħ ma’ saċerdot filantropu Żejtuni b’qalb kbira li kienet taf tħenn. Li ta dak kollu li kellu biex persuni b’diżabbilità fiżika jew intelletwalli jgħixu b’dinjita. 

Peress li kien ilu ferm iktar minn 20 sena saċerdot, għal uħud kienet tfisser li hu kien wasal biex jirtira u joqgħod kwiet ġo daru jgawdi l-kumplament ta’ ħajtu. Iżda dan ma kienx il-każ għal Dun Anġ, hekk kif huwa beda l-missjoni li kien ħolom biha, dik li jiġbor f’daru stess persuni b’diżabilItà li ma jkollhomx min jindukrahom.

Huwa fetaħ l-ewwel dar għal persuni b’diżabilita fl-1995. Iżda qatt ma basar li kien se jiftaħ djar oħra. Madankollu dejjem żamm f’moħħu kif jista jkun ta’ aktar għajnuna mhux biss għal dawk b’diżabilita imma wkoll għall-familjari tagħhom. Dun Anġ kien minn tal-bidu li wettaq fil-prattika l-kunċett ta’ djar fil-kommunita għal persuni b’diżabilita. 

Dan seta jagħmlu permezz ta’ bosta persuni li b’mod volontarju kienu jagħtu ħafna minn ħinhom b’uħud minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum. Fil-fatt, l-aħħar proġett tiegħu, dak ta’ dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità mill-Fondazzjoni Nazareth kien inawgurat fl-aħħar ta’ Lulju li għadda. 

L-umaniżmu ta’ Dun Anħ kien anki ġibed l-ammirazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, li faħħar ix-xogħol kbir li twettaq il-Fondazzjoni Nazareth li llum tmexxi erbat idjar għall-persuni b’diżabilità fil-komunità fejn tgħin ukoll biex dawn il-persuni jkunu ndipendenti fil-ħajja ta’ kuljum.

Quddiem dan kollu ħadd ma jista jgħid li Dun Anġ ma għamilx differenza fis-soċjetá Maltija. Fis-sempliċitá tiegħu huwa wettaq proġetti li gawdew u għadhom igawdu minnhom tant Maltin u Għawdxin.

Minn Dun Anġ għandna nieħdu diversi tagħlimiet. Li kull indivdwu jista jasal fejn irid jasal jekk ikollu r-rieda u l-kuraġġ. Dun Anġ jgħallimna wkoll li r-rispett u imħabba lejn ħaddieħor m’għandhomx ikunu bil-kliem biss imma bl-azzjoni. Biex jagħmel dan, wieħed hemmx għalfejn ikun sinjur imma li jkun umli u li jagħraf  kif jista jkun ta’ ġid għal għajru.

Dan huwa l-legat li ħallielna Dun Anġ Seychell wara mewtu.

Ekonomija

Sport