L-eks attakkant tal-Ingilterra, Mick Channon, stqarr li ftit tal-jiem ilu ġie dijanjosjat li qed isofri kanċer tal-musrana.
Dan il-leġġendarju ta’ 73 sena, li skorja 21 goal f’46 partita, sostna li bħalissa għaddej minn mumenti diffiċli.
Huwa qal li l-affarijiet ‘qatt ma kienu sew’ minn meta rċieva l-aħbar fl-2015 – seba’ snin wara li l-akbar ħabib tiegħu nqatel f’ħabta bil-karozza li Channon kien qed isuq u salva b’mod mirakoluż wara aċċident ikrah.
Channon tkellem dwar kif il-kanċer affettwah matul dawn l-aħħar xhur iżda huwa saħaq li se jkompli jiġġieled sal-aħħar.
L-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Southampton, wara l-karriera tiegħu huwa beda oħra … dik ta’ trainer taż-żwiemel fejn għamel miljuni ta’ liri f’dan il-mistier.