Il-leġġedarju tal-Italja u Juventus, Salvatore Schillaci, esperjenza l-arrest tal-kap tal-mafja l-aktar imfittex fl-Italja Matteo Messina Denaro, f’Palermo. “Ix-xena kienet bħal film tal-Wild West,” huwa qal.
Messina Denaro ta’ 60 sena ġiet arrestat, nhar it-Tnejn, fil-klinika privata, Maddelena, fil-blet ta’ Sqallija. Huwa kien l-iktar membru tal-mafja mfittex fl-Italja u kien ilu maħrub għal aktar minn 30 sena.
Rapporti fl-Italja jsostnu li Messina Denaro kien fil-klinika minħabba li għandu kanċer fl-imsaren u kien irċieva kura fl-istess klinika għal aktar minn sena, bl-użu ta’ dokumenti foloz. Huwa kien magħruf mit-tobba bħala Andrea Bonafede.
Waqt din l-attivitá kollha, Schillaci nzerta li kien fil-klinika u ra dak kollu li kien qed iseħħ.
“Fit-8.15 am, kont fil-klinika, meta rajt jaslu pulizija li kellhom wiċċhom mgħammad. Imblukkawna kollha u ħadd ma seta’ jidħol jew joħroġ mill-klinika.
“Kont viċin il-canteen, lanqas biss dħalt għax kont qed inpejjep sigarett barra. Ma tantx rajt, imma l-pulizija waqqfu lil kulħadd, u qalulna biex nibqgħu fejn konna. Xena li qatt ma rajt bħalha. Il-pulizija kienu kollha armati. Kienet xena tal-film tal-Wild West … tat-twerwir.”
Schillaci twieled Palermo fl-1964 u għadu jgħix fil-kapitali ta’ Sqallija.
Huwa lagħab ma’ Messina, Inter, Juventus u mat-team Ġappuniż, Jubilo Iwata. Huwa skorja 37 goal f’120 partita tas-Serie A. Huwa skorja seba’ goals f’16-il logħba mat-team nazzjonali Taljan u kien l-eroj tal-Azzurri f’Italia 90 b’sitt goals f’seba’ logħbiet. Schillaci irtira fl-1996.