Saturday, December 21, 2024

Il-LESA jgħinu lil persuni anzjani u lill-ambjent

Aqra wkoll

Il-ħidma tal-Aġenżija għall-Infurzar tal-Liġi biex jitwasslu mediċini fi djar ta’ persuni anzjani f’dan il-mument ta’ sfida qed tilħaq żewġ għanijiet, dan hekk kif dawn il-mediċini qed jitwasslu permezz ta’ vetturi ġodda li jieħdu iktar ħsieb l-ambjent.

L-Aġenzija investiet aktar minn mitejn elf ewro fi flotta ġdida li waslet fl-aħħar ġimgħat. Permezz ta’ sistema hybrid il-vetturi iniġġsu nqas u huma iktar siguri u komdi għall-ħaddiema.

Dan kollu kien spjegat lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri waqt żjara li għamel fil-bini tal-LESA fil-Fgura.

Hemm irrimarka kif l-uffiċjali tal-komunità tassew qed iservu ta’ appoġġ għal komunità f’dan il-mument fejn daqskemm għandna bżonn id-dixxiplina għandna bżonn is-solidarjetà. Fil-fatt, l-uffiċjali tal-komunità issa qed iqassmu xirjiet lill-persuni vulnerabbli u persuni li jinsabu fi kwarantina mandatorja.

Il-Ministru Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema li f’tebqa t’għajn aċċettaw li jibdlu r-rutina u d-doveri tagħhom biex jassistu lil dawk l-aktar fil-bżonn. “Il-ħaddiema tal-LESA tassew jixirqilhom l-isem ta’ uffiċjali tal-komunità għax il-komunità sabithom meta kellha bżonn,” qal il-Ministru Camilleri. Rigward l-investiment fi flotta ġdida, il-Ministru rrimarka kif jeħtieġ li entitajiet governattivi jagħmlu investimenti simili sabiex inħarsu aktar l-ambjent ta’ madwarna.

Ekonomija

Sport