Il-LESA kkonfermat li qiegħda tinvestiga dwar il-każ ta’ karozza tal-aġenzija li dehret tagħmel u-turn fl-aħħar ta’ Triq Santa Rita fir-Rabat.
Ikkonferma dan kelliem għal-LESA meta mistoqsi minn talk.mt rigward jekk l-aġenzija tinsabx infurmata dwar filmat li beda jiċċirkola fl-aħħar sigħat fil-midja.
Dan is-sit staqsa wkoll dwar jekk f’dan il-każ jittiħdux passi kontra l-uffiċjal li kien qiegħed isuq il-karozza jew jekk teżistix xi forma ta’ eżenzjoni minħabba li jkun qiegħed waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Il-kelliem għal-LESA kkonferma magħna li għaddejja investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ u b’mod sussegwenti jittieħdu l-passi dixxiplinjarji li jkun hemm bżonn.