Il-Libanu jinsab f’luttu għat-telfa ta’ mill-anqas 78 persuna u aktar minn 4,000 oħra li sfaw midrubin fi splużjoni qawwija f’Bejrut.
Il-belt sħiħa triegħdet kawża ta’ din l-isplużjoni li bdiet minn nirien li fi ftit sekondi żviluppat fi splużjoni massiva. Il-President Michel Aoun qal li madwar 2,750 tunnellata ta’ ammonju kien ilu maħżun għal sitt snin sħaħ mingħajr miżuri ta’ sigurtà.
Huwa sejjaħ laqgħa urġenti mal-membri tal-Kabinett għal-lum u żied jgħid li għandu jiġi dikjarat stat ta’ emerġenza għal ġimagħtejn.
Il-pajjiż se jkun qed jagħmel tlett ijiem ta’ luttu li jibdew mil-lum biex ifakkar din it-traġedja.
Aqra wkoll:
https://www.inewsmalta.com/2020/08/filmat-mijiet-jindarbu-fi-spluzjoni-kbira-fbejrut-hawn-kaos-fit-toroq/