Monday, May 5, 2025

“Il-libertà ma tiġix bla ħlas…. il-poplu għandu jiftakar dan anke fi żminijiet tal-lum”

Aqra wkoll

Proprju f’dawn il-ġranet se nkunu qegħdin infakkru it-tmenin sena mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Gwerra imdemmija li kienet miġġielda fuq iż-żewġ front fil-Punent u fil-Lvant. Wieħed irid jirrimarka li l-ewwel intopp li sabu s-suldati Ġermaniżi f’din il-gwerra kienet fir-Russja fejn f’ċerti bliet kien hemm reżistenza qawwija. Jibqa’ msemmi l-assedju ta’ Stalingrad, il-belt li bl-ebda mod ma ċediet għall-invażjoni. Invażjoni li finalment wasslet biex intemmet it-Tieni Gwerra Dinjija għalkemm bi prezz qawwi ħafna minħabba l-ammont kbir ta’ ħajjiet li ntilfu fl-istess invażjoni fuq ix-xtajtiet tan-Normandija fi Franza. 

Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, jekk issegwi x’jikteb Charles Norman Shay, infermier li kien serva fid-D Day, tara li għadu ttormentat bil-ħsejjes tal-bulits għaddejjin fl-arja u fuq kollox bi stejjer ta’ assistenza medi- ka li offra lil kollegi tiegħu fosthom dawk li kien jaf li m’hemmx tama għalihom. L-istorja ta’ Charles u tal-veterani tad-D Day flimkien ma’ oħrajn għadha relevanti għal-lum. Għaddew is-snin, imma dak li għaddew minnu dawn il-veterani, dak li ffaċċjaw jurik li dak li ngawdu llum mhux qiegħed għandna b’kapriċċ. Il-ħasra hija li l-ġenerazzjoni li tielgħa, donnhom aktar u aktar qed jitbiegħdu milli jagħtu importanza lil dawn il-ġrajjiet. U proprju f’dawn il-jiem u ġranet din il-ġrajja qed issir aktar relevanti allavolja ftit li xejn titfakar u dan meta għal darb’oħra għandna gwerra fl-Ewropa. 

U xejn mhu diffiċli biex tkun taf dak li għaddew minnu dawn il-veterani. Fin-Normandija hemm postijiet sħaħ li jfakkru dak li seħħ. Inkluż park li jfakkar lill-indiġeni Amerikani msejjaħ Memori- al Charles Shay li jinsab qrib ix-xtajta ta’ Omaha. 

Charles kien fuq ix-xtajtiet tan-Normandija fl-eww el jum tal-invażjoni fis-6 ta’ Ġunju. Għen ħafna suldati li ntlaqtu mill-bulits hekk kif huma niżlu fl-ilma fi triqithom lejn ix-xtajta fil-bidu tal-invażjoni. Ħidma li saret waqt li l-machine guns tal- għadu kienu mmirati fuqhom bla ħniena. 

U llum quddiem gwerra ġdida fl-Ewropa – dik bejn ir-Russja u l-Ukrajna, Charles għandu messaġġ mill-aktar ċar x’jgħaddi. “Xi nies mad- war id-dinja llum għandhom jitgħallmu mill-istorja. Aħna ġġilidna għal-libertà 78 sena ilu. Illum jien qed nitlob għall-Ukrajna bħala nazzjon u għall-Ukreni.” 

Charles, mhux minn dejjem kien jitkellem dwar dak li għadda minnu fid-D Day. Kien biss proprju fl-aħħar snin u meta minħabba l-età ħafna veterani tal-gwerra bdew dejjem jonqsu, li hu tkellem fuq l-esperjenzi tiegħu. Lanqas martu ma kienet taf minn xiex għadda. Hu jiddikjara li, “illum il-ġenerazzjoni l-ġdida trid tirrikonoxxi u tifhem għal xiex aħna ġġilidna. Hemm bżonn ngħidu l-istejjer tagħna. Jien ma stajtx nivvota f’pajjiżi imma kburi li servejt lil pajjiżi. Id-demokrazija ma tistax tittieħed qisu xejn mhu xejn”. 

Tfulitu u D Day… xebh kbir 

Charles li jgħix fi Franza minkejja li oriġinarjament hu mill-Istati Uniti, ma jonqosx li kull sena jmur fuq ix-xtajta ta’ Omaha fin-Normandija. Charles meta titkellem miegħu ma jonqosx li jsemmi lil ommu. Forsi għall-bidu tgħid x’għandha x’taqsam mal-istorja u l-esperjenza tiegħu fid-D Day. Ma ddumx ma tinduna li b’dak li jgħidlek hemm xebh kbir. 

Fi kliemu stess, “ommi Florence kienet titkellem b’mod qawwi ħafna fuq id-drittijiet tat-tribù li aħna konna ġejjin minnu. It-tribù tal-Penobscot. Ommi ġġieldet bil-għan li jinħoloq dak il- pont li tant kien hemm bżon- nu bejn il-gżira fejn konna ngħixu aħna u l-art l-oħra. Kemm għerqu nies. Ommi kienet tiġġieled għad-drittiji- et tagħhom. Kienet tiġġieled biex aħna t-tfal Indjani, inkunu nistgħu mmorru skola ma’ tfal bojod. Kienet kit- bet ktieb żgħir fuq il-ġlidiet tagħha fis-sena 1941. Ommi dejjem influwenzatni ħafna.” 

Jagħmel ċerimonja bis-salvja fuq ix-xatt ta’ Omaha… għaliex jagħmilha darbtejn? 

Fuq ix-xatt ta’ Omaha fin-Normandija, Charles dejjem jagħmel ritwal antik. Ritwal li jirrepetih darbejn. Jispjega r-ritwal u jgħid li “dak hu x-xatt li fih inżilt fl-ewwel jum tad-D Day.” Ir-ritwal li jwettaq, b’ħafna minn dawk li jarawh ikunu kurjużi ħafna xi jfisser, jikkonsisti billi jkollu rixa ta’ ajkla, jaqbad taħlita tas-salvja, imissha ma’ moħħu u jagħmel talba. Jitfa’ dik it-taħlita fin-nar. Jirrepeti dan il-proċess għal erba’ di- rezzjonijiet tal-boxxla. Il-proċess jirrepetih darbtejn. 

Meta tistaqsih fuqu jispjegalek u jgħidlek li “l-ewwel proċess ikun biex infakkar lill-familjari u lill-antenati tiegħi. It-tieni proċess hu biex infakkar lil dawk sħabi li ma rnexxiehomx imorru lura lejn id-dar u mietu fil-gwerra. Ma jonqosx hu li jfakkar li dawk il-persuni indiġeni Ameri- kani li ġġieldu fuq ix-xtajtiet tan-Normandija. Illum hemm ukoll park iddedikat għali- hom imsejjaħ Charles Nor- man Shay Memorial Park. 

Paramediku waqt id-D Day 

Charles kien wieħed minn dawk li niżel fix-xatt ta’ Omaha proprju fl-ewwel jum tal-invażjoni. Il-jum deskritt bħala “l-itwal jum li qatt kien hawn”. Jum li fih dawn is-suldati li bdew neżlin fil-baħar  biex jilħqu x-xatt sabu xita ma taqta’ xejn ta’ bulits minn fortizzi Ġermaniżi li kien hemm fuq ix-xtajtiet u s-sis- ien ta’ dawk l-istess xtajtiet. Ħafna suldati mietu mingħajr ma laħqu waslu fuq ix-xatt. Oħrajn waslu fuq ix-xatt feru- ti. 

F’dak il-jum, Charles ra madwaru suldati milqutin jippruvaw bi tbatija jaslu fuq ix-xatt, mgħobbijin b’apparat u armi li kellhom fuqhom. Charles kellu fuqu biss żewġ basktijiet bi provvisti mediċi. 

Jirrakkonta li jiftakar dak li hu jsejjaħ “baħar aħmar bid-demm”. Jiddikjara li għalih kien diffiċli li jara daqstant feruti f’ħin qasir. Jgħid li ried isalva n-nies. Jgħidlek li “dejjem kont kburi li kont qed iservi bħala mediku. Dan huwa privileġġ speċjali. Salvajt diversi ħajjiet”. 

Sa nofsinhar ta’ dak il-jum… nofs is-suldati tar-reġiment tiegħu kienu feruti jew maqtulin 

Fl-ewwel jum tal-invażjoni sa nofsinhar, kien hemm nofs is-suldati tar-reġiment li kien jappartjeni għalih hu feruti jew maqtulin. Din hija meqjusa bħala l-aktar invaż- joni li qatt saret, b’Charles kien anke assista lill-kollega Edward Morozewicz, biex imut bla tbatija. Kellhom jgħaddu ħafna snin, b’dak li għamel ma’ Edward jibqgħu f’moħħu, li finalment was- slu biex Charles iltaqa’ mal-familjari ta’ Edward u spjegalhom il-qlubija tiegħu u anke kien attenda ċerimonja partikolari li fakkret il-qlubija ta’ dan il-kollega tiegħu li kien mediku wkoll. 

Jitkellem b’diqa fuq il-kollega u jgħid li “kont naf li kien qed imut. Infaxxajtlu l-feriti li kellu. Tajtu l-morfi- na. Kont naf imma li m’hemm ebda għajnuna aktar li stajt nagħti. Kont naf li m’hemmx tama”. 

Kif iħares lejn il-fatt li mir-reġiment tiegħu kienu nqatlu seba’ paramediċi u 24 oħra kienu spiċċaw feruti. Ikun hawn li Charles jerġa’ jieħdok lejn l-għeruq tiegħu – l-għeruq indiġeni. “Jien nemmen ħafna f’ħajja spiritwali. It-talb ta’ ommi naħseb li kien qed jiggwidani”. 

Bqajt naħseb fuq sieħbi “Pop” 

Charles jikteb b’emozzjoni fuq esperjenzi li għadda minnhom. Isemmi lil Mun- fard Kelley u anke mar iżu- ru fejn kien midfun. Charles jikteb li Munfard Kelly kien minn Alabama u kellhom 28 sena. Fir-reġiment li fih kien Charles, Munfard kien magħruf bħala “Pop”. 

Jgħid li “Munfard inqatel fl-azzjoni viċin Hamich fil-Ġermanja. Charles ipprova jassistih biex isalvalu ħajtu imma kien kollu għalxejn. Charles jirrakkonta li “għadni niftakar b’mod ċar ħafna x’ġara dakinhar. Ma rridx nid- her drammatiku imma hekk hu. Niftakar beda jsejjaħli. Kien dejjem jgħajjatli bħala ‘doc’. Smajtu jgħidli ‘doc, doc’. Kont naf li hu għax għaraftu minn leħnu. Mort fit-toqba li kien fiha. Kif raj- tu ndunajt mill-ewwel li ma kien hemm ebda tama għal- ih. Ma stajtx noħorġu minn fejn kien. Fil-foresta Hurtgen aħna konna taħt attakk qaw- wi. L-isparar beda jolqot siġra li kienet eżatt fuq it-toqba li kien fiha. Intlaqat u kien ferut ħafna. Irritornajt lejn posti. Kont emozzjonat ħafna. Ma stajtx nieqaf nibki. Kont tlift ħabib kbir. Meta niftakar fil-foresta Hurtgen niftakar f’sieħbi Pop”. F’Novembru tas-sena 1918, Charles Shay żar għall-ewwel darba l-qabar fejn hu midfun sieħbu. 

Illum jgħix ftit kilometri bogħod mix-xtajta ta’ Omaha 

Charles f’diversi okkaż- jonijiet jitkellem dwar dak li għaddew minnu fid-D Day. Jgħid li, “bdew jintefgħu slielem tal-ħbula fil-ġenb tal-bastiment u s-suldati bdew jinżlu minn hemm. Il-mewġ kien qawwi u waqt li tkun nieżel minn fuq is-sellum trid taqbeż għal fuq id-dgħajjes. Dawk li kienu diġà niżlu bdew jiggwidaw lil dawk li kienu neżlin, jinfurmaw fuq meta għandek taqbeż għax jekk taqbeż fil-ħin ħażin kien hemm il-periklu li jew tikser saqajk jew tispiċċa fil-baħar u titfgħaffeġ mad-dgħajsa u l-bastiment.” 

Jgħid “li tinżel fil-baħar qrib ix-xtajta ma kienx faċli għax il-Ġermaniżi kienu poġġew ħafna ostakli fil- baħar. Kif ir-rampa tad-dgħa- jsa li kienu fiha s-suldati tniżżlet dawk li kienu quddi- em ħafna minnhom spiċċaw intlaqtu u xi wħud inqatlu. Oħrajn kienu mgħobbijin ħafna b’tagħmir u munizzjon u spiċċaw għerqu. Jien qbiżt fl-ilma u dan kien qed ilaħħaq sa ftit ’il fuq minn qaddi. Bde- jt nuża l-ostakli li għamlu l-Ġermaniżi biex inkun pro- tett mill-isparar. Irnexxieli na- sal fuq ix-xatt u bdejt nassisti lil dawk li kienu feruti”. 

Huwa kien ingħata Silver Medal. Din ingħatalu għall-ħidma partikolari li wettaq. Qal li, “meta wasalt fuq ix-xatt, jien sibt li kien hemm żona lejn it-tarf tax- xatt, kien tella’ ħafna debris. Bdejt indewwi l-feruti hemm. Bdejt ninnota li fuq ix-xatt ’il barra kien hemm ħafna suldati feruti. Kif it-tide kienet se tirritorna dawn kienu se jispiċċaw mgħarrqin. Waqaft minn dak li kont qed nagħmel u mort ngħinhom. Xi wħud minnhom kienu persuni ta’ statura akbar minni. Tellajt ħafna minnhom sakemm kelli nieqaf għal ftit u komplejt. Minn bunker Ġermaniż rawni u bdew jis- paraw. Il-bulits bdew jaqgħu ħdejn saqajja u madwar fir- ramel imma ma ntlaqattx.” 

Kien saħaq li “fit-trattament lill-feruti jien kont spiċċajt separat mir-reġiment tiegħi. Mort ma’ reġiment ieħor u morna lejn Colleville sur Mer. Meta wasalna hemm intfajt wara ftit siġar u rqa- dt. Meta qomt kien filgħodu. Qomt u bdejt inħares mad- wari u ħlief suldati Amer- ikani u Ġermaniżi mejtin ma bdejtx nara. Ir-reġiment tagħna kien sofra ħafna u ma kienx qed jiffunzjona aktar. Kellna nistennew li jiġu suldati ġodda biex nerġgħu nkunu nistgħu noperaw.” 

Charles kien involut f’għadd ta’ battalji oħra fosthom dik magħrufa bħala ‘Battle of the Bulge’. Huwa kien inqabad mill-Ġermaniżi f’Marzu tas-sena 1945 qrib il-villaġġ ta’ Auel. Huwa nqabad wara li kien qasam ix-xmara Sieg. Hu kien miżmum f’Bonn fejn huwa jgħid li l-Ġermaniżi ttrattawhom tajjeb għax kienu jafu li l-gw- erra kienet intilfet. Huwa nħeles f’April tas-sena 1945. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport