Is-sotto-segretarju tal-Ministeru tad-Difiża Libjan, Salah El-Din El-Namroush ftiehem mal-Ambaxxatur Ewropew Alan Bugeja dwar il-bżonn li jikkoperaw fil-qasam tal-immigrazzjoni.
F’laqgħa li kellhom ilbieraħ, iż-żewġ naħat qablu li l-Libja u l-Unjoni Ewropea għandhom jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-mewġa ta’ immigranti illegali lejn in-nofsinhar tal-Ewropa filwaqt li jikkonsidraw is-sitwazzjoni umanitarja tagħhom.
Għal din il-laqgħa attendew ukoll il-Kap tal-Istaff Ġenerali u l-Kap tal-Qawwa Marittima Libjana li esploraw forom differenti ta’ koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ naħat enfasizzaw li hemm bżonn proġetti bilaterali biex ikun hemm immaniġġjar effettiv tal-fruntieri Libjani u anke fruntieri konġunti mal-Unjon Ewropea.