Friday, November 15, 2024

Il-Libjan suspettat bil-qtil f’Santa Luċija daqt jinġieb Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin mistenni jinġieb Malta l-Libjan ta’ 37 sena li huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil li kien seħħ f’Santa Luċija f’Marzu li għadda.

Kien fis-17 ta’ Marzu li residenti li jgħixu fi blokk ta’ appartamenti f’Misraħ Durrel infurmaw lill-Pulizija li kienu ilhom ma jaraw lil Victor McKeon, raġel ta’ 62 sena, u li anke kienu qed ixommu xi rwejjaħ mill-post.

Il-Pulizija marret fuq il-post u x’ħin l-uffiċjali daħlu sabu lill-anzjan mgeżwer f’boroż tal-iskart fil-kamra tal-banju.

Peress li saru jafu li fil-post kien għamel żmien jgħix Samir Almiri l-Pulizija bdiet tfittxija għal dan il-Libjan madankollu ġie stabbilit li dan kien ħarab.

Almiri nqabad fil-Marokk fejn bdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn Malta li mistennija twassal biex huwa jinġieb Malta ħalli jiġi investigat.

Il-pandemija tal-Covid19 kompliet għamlitha iktar diffiċli hekk kif għal numru ta’ xhur twaqqfu t-titjiriet.

Jekk jitressaq fil-Qorti din ma tkunx l-ewwel darba tiegħu hekk kif il-Libjan ta’ 37 sena kien tressaq fl-2015 akkużat li ipprova jisraq baskett ta’ mara li kienet miexja San Ġiljan.

Fl-2018 huwa kien ikkundannat xahrejn ħabs wara li neża’ il-qalziet quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.

Ekonomija

Sport