Sunday, December 22, 2024

Il-liċenzja tas-sewqan b’dehra ġdida mill-ġimgħa d-dieħla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ser tingħata dehra ġdida lil-liċenzja tas-sewqan. Minbarra t-tibdil fid-dehra tal-liċenzja, dan id-dokument ser ikun imsaħħaħ b’aktar karatteristiċi ta’ sigurta` biex dejjem titnaqqas il-possibilita` ta’ falsifikazzjoni tal-istess dokument.

Il-liċenzja l-ġdida ser tibda tinħareġ mill-ġimgħa li ġejja. Min ser japplika kemm għal-liċenza tas-sewqan għall-ewwel darba kif ukoll biex iġedded il-liċenzja, ser tinħariġlu l-liċenzja l-ġdida. Il-liċenzji eżistenti jibqgħu validi sakemm jiskadu. Il-liċenzja l-qadima tinbidel mal-ġdida, gradwalent.

L-Awtorità tfakkar ukoll li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċini tal-liċenzji tax-xufier u tal-vettura kemm dawk f’Raħal Ġdid kif ukoll f’Ħal Lija huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.30 ta’ filgħodu sa nofsinhar. Id-depożiti tad-dokumenti mat-tieqa jista’ jsir bejn is-07.30 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ waranofsinhar. Reġistrazzjonijiet urġenti isiru sal-11.00 ta’ filgħodu. Dawn il-ħinijiet japplikaw sal-4 ta’ Settembru.

Ekonomija

Sport