Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljana u l-Governanza Edward Zammit Lewis iddikjara fil-Parlament li l-liġi tal-koabitazzjoni se tiġi emendata biex tipproteġi aktar lin-nies vulnerabbli.
Waqt li kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-imsemmija liġi, Zammit Lewis beda biex fakkar kif f’25 sena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti dawn ma kienux kapaċi jagħmlu “liġi għall-poġġuti”.
Huwa qal li għalkemm sema x’kellhom xi jgħidu l-avukati u n-nutara fl-aħħar mill-aħħar huwa ried li l-emendi jħarsu l-persuni vulnerabbli li mhux kapaċi jmorru għand nutar jew avukut.
Fl-istess waqt għamilha ċara li din il-liġi ma timminax dik taż-żwieġ u nsista li fiż-żwieġ hemm aktar protezzjoni kif ukoll li dan għandu jkun l-“għajn favorevoli” tal-liġi.