Wednesday, December 25, 2024

Il-lockdown f’Melbourne se jkun qed jitwaqqaf wara 112-il ġurnata

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-belt Awstraljana ta’ Melbourne se tkun qiegħda twaqqaf il-lockdown mill-Erbgħa wara li; għall-ewwel darba minn Ġunju, ma kien rreġistrat l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19. L-Istat ta’ Victoria kien l-epiċentru tat-tieni mewġa fl-Awstralja, b’90 fil-mija minn fost id-905 imwiet irreġistrati fiż-żona.

Melbourne għaddiet għal stat ta’ lockdown proprju 111-il ġurnata ilu u kienu ġew introdotti diversi miżuri sabiex tiġi kkontrollata l-firxa tal-pandemija. Wara xhur bi stabbilimenti magħluqin, l-awtoritajiet ħabbru li l-belt tista’ tiftaħ mill-ġdid, anke jekk l-ittestjar se jkompli għaddej b’saħħtu bħal qabel.

F’Lulju f’Victoria kienu qed jiġu rreġistrati aktar minn 700 każ kuljum, iżda restrizzjonijiet f’lokhom wasslu biex dawn in-numri naqsu drastikament.

B’hekk mit-28 ta’ Ottubru f’Melbourne n-nies tista’ toħroġ mill-ġdid, stabbilimenti, ristoranti, kafetteriji u bars se jkunu qed jiftħu mill-ġdid b’massimu ta’ 10 klijenti fl-istess ħin f’kull post. Se jkun permess ukoll tlaqqigħ soċjali b’massimu ta’ 10 persuni fuq barra. L-istess ammont ta’ persuni jistgħu jattendu għal ċelebrazzjoni ta’ tieġ, filwaqt li għal funeral dan l-ammont jirdoppja għal 20 persuna li jistgħu jkunu preżenti.

Mit-8 ta’ Novembru r-restrizzjonijiet se jkomplu jillaxkaw bil-ftuħ tal-gyms u l-fitness studios, tiġi mwaqqfa l-projbizzjoni tal-ivjaġġar f’distanza li taqbeż il-25 Kilometru, kif ukoll jiżdied l-ammont ta’ klijenti fl-istess ħin f’diversi stabbilimenti. 

Ekonomija

Sport