Friday, December 27, 2024

Il-logħba bejn Cadiz u Barcelona kellha titwaqqaf għal 50 minuta

Aqra wkoll

Il-logħba tal-kampjonat Spanjol ta’ Barcelona f’Cadiz twaqqfet għal madwar 50 minuta minħabba li partitarju kellu bżonn ta’ emerġenza medika.

Il-Katalani kienu qed jirbħu bl-iskor ta’ 2-0

meta kien fadal inqas minn 10 minuti meta seħħ l-inċident.

Il-goalkeeper ta’ Cadiz, Jeremias Ledesma, ġera tul il-ground b’kit mediku u xeħtu fl-istands biex kien strumentali biex partitarju salva minn attakk f’qalbu.

L-istess partitarju ttieħed l-isptar b’ambulanza u l-coach ta’ Barcelona, Xavi Hernandez, qal:”Ilkoll qbilna li nwaqqfu l-logħba. Dan it-tip ta’ inċident  imur lil hinn mill-football fejn hawn qed nitkellmu dwar ħajja umana.

“Fortunament irnexxielhom isalvawh.”

Meta tkompla l-logħba Barcelona skorjaw darbtejn oħra biex rebħu bl-iskor ta’ 4-0 għar-raba’ rebħa konsekuttiva. 

Il-goals waslu minn Frenkie de Jong (55), Robert Lewandowski (65), Ansu Fati (86) u Ousmane Dembele (92).

Ekonomija

Sport