National Lottery illum ħabbret tibdil maġġuri dwar il-logħba tas-Super5 fejn se jkun hemm anke premijiet ferm akbar.
Il-format aġġornat jibda fl-4 ta’ Lulju, 2025. Il-jackpot tse jkun ta’ €500,000 li jifforma parti minn sensiela ta’ bidliet fil-logħba mmirati biex joħolqu jackpots aktar sinifikanti u żidiet ogħla kull ġimgħa.
L-aktar żewġ bidliet sinifikanti fil-logħba Super5 huma l-irduppjar kemm tal-jackpot tal-bidu kif ukoll taż-żidiet tal-jackpot ta’ kull ġimgħa. Bil-format il-ġdid tas-Super5, il-jackpot tal-bidu issa rdoppja minn €250,000 għal €500,000, filwaqt li ż-żidiet ta’ kull ġimgħa rdoppjaw ukoll mill-€25,000 attwali għal €50,000.
“Il-format il-ġdid tal-logħba Super5 huwa r-riżultat ta’ riċerka estensiva tas-suq li saret matul dawn l-aħħar 6 xhur,” ikkummenta Franco De Gabriele – Uffiċjal Kummerċjali Kap ta’ National Lottery plc.
“It-titjib fis-Super5 huwa l-prodott tar-rispons tal-plejers. Smajna bir-reqqa x’japprezzaw l-aktar il-plejers – jackpots akbar, filwaqt li bqajna leali għas-sempliċità li għamlet is-Super5 favorita fid-djar għall-aħħar 35 sena,” kompla jgħid Franco De Gabriele.