Sunday, October 19, 2025

Il-Louvre f’Pariġi jingħalaq wara li nsterqu disa’ biċċiet ġojjelerija

Aqra wkoll

Il-Ministru Franċiż għall-Kultura, Rachida Dati, ħabbret li l-awtoritajiet kienu qegħdin jinvestigaw serqa kbira mill-Mużew ta’ fama mondjali – Louvre – li jinsab fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Konsegwenza ta’ din is-seqra l-mużew kellu jingħalaq.

Il-każ seħħ dalgħodu hekk kif il-mużew fetaħ il-bibien tiegħu.

Bħalissa, il-Pulizija Franċiżi jinsabu fuq il-post biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jidher li ħadd ma’ weġġa’ matul is-serqa.

Stqarrija mil-Louvre qalet li wara dan il-każ, il-mużew se jibqa’ magħluq għal matul il-jum kollu tal-Ħadd minħabba raġunijiet eċċezzjonali.

Skont midja Franċiża, tliet irġiel mgħammdin daħlu fil-mużew ftit ħin wara li fetaħ. Jirriżulta li biex daħlu fil-mużew, għamlu użu ta’ lift li qed jintuża sabiex isir xogħol ta’ rinnovar.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li huma ħarbu mill-mużew b’disa’ biċċiet ta’ ġojjellerija fuq scooter motorizzat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport