Il-Malta Amateur Football Association qed tiċċelebra s-70 sena mit-twaqqif tagħha. Kien fil-fatt fl-istaġun 1955/56 li bdew uffiċjalment il-kompetizzjonijiet ta’ waħda mill-iktar assoċjazzjoni amatorjali ta’ suċċess f’Malta.
Fl-ewwel staġun kienu daħlu disa’ timijiet b’Għargħur Juventus li kienu rebħu l-ewwel kampjonat u b’Ħamrun United li spiċċaw fit-tieni post. Il-fundatur ta’ din l-assoċjazzjoni kien is-sur Charles Debono li eventwalment inħatar bħala l-ewwel president.
Biex tfakkar dan l-anniversarju se tiġi organizzata t-tazza tas-70 anniversarju fuq bażi eliminatorja fejn 17-il tim se jkunu qed jippruvaw jirbħu din il-kompetizzjoni unika. Il-kompetizzjoni tibda fit-8 ta’ Novembru bil-finali li hi skedata għal 20 ta’ Diċembru. Dan hu l-programm tal-ewwel fażi:
Round Preliminari
Senglea Gunners vs Naxxar Victorians
L-Ewwel Round
Gudja Wanderers vs St Paul’s Bay NMFC
Swieqi U AFC vs San Ġwann Pro Ev
Valletta Stars vs Senglea/Naxxar
Għaxaq Wolves vs Attard Edex Kings
Balluta Barracudas vs Ta’ Ġiorni W
Marsa St Michael vs Ħamrun Sporting
San Ġiljan Saints vs Valletta St Paul’s
Mqabba Albions vs Birżebbuġa SP AFC