Il-Malta Amateur Football Association organizzat is-serata ta’ premjazzjoni fejn timijiet, plejers u uffiċjali ġew onorati fi tmiem l-istaġun 2024/25.
Fl-ewwel diviżjoni, kienu Għaxaq Wolves li rebħu l-kampjonat b’Balluta Barracudas li spiċċaw fit-tieni post. Fit-tieni diviżjoni, iċ-champions Valletta Stars St Dominic u Senglea Gunners ġew promossi għall-ogħla kategorija ta’ din l-assoċjazzjoni filwaqt li fit-tielet diviżjoni Swieqi United AFC kienu dikjarati r-rebbieħa b’Qajjenza ACJ li temmew fit-tieni post.
Marsa St Michael rebħu l-kompetizzjoni KO filwaqt li Valletta St Paul’s kisbu suċċess fil-Joe Compagno Cup. Finalment San Ġwann Pro Evolution Academy rebħu t-Twanny Agius Good Conduct Cup.
Fl-unuri individwali, spikka Andrew Tortell ta’ Balluta Barracudas li mhux biss rebaħ l-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni iżda wkoll l-aqwa plejer tas-sena tal-MAFA.