Sunday, December 22, 2024

“Il-maġġoranza assoluta tan-nies qegħdin jgħixu ħajja aħjar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Whip tal-Partit Laburista Glen Bedingfield qal li l-poplu ma’ dan il-gvern jaf fejn qiegħed. Huwa qal li l-Oppożizzjoni marbuta mal-passat u li n-nies qiegħda tagħraf dan il-fatt.

“Aħna ma nagħmlux politika biex nerbħu l-elezzjoni imma nerbħu l-elezzjoni għax nagħmlu politika tajba”, kompla Bedingfield.

Huwa qal li f’waħda mill-mistoqsijiet tal-opinjoni pubblika n-nies jiġu mistoqsija jekk humiex qegħdin jgħixu aħjar jew agħar meta kkumparat ma’ ħames snin jew għaxar snin ilu.

Il-Whip Laburista qal li l-maġġoranza assoluta tan-nies f’kull qasam tal-ħajja jwieġbu li qegħdin jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar u li huwa biss gvern Laburista li jista’ jibqa’ jiggarantixxi dan it-titjib.

Ekonomija

Sport