Saturday, November 23, 2024

Il-maġġoranza tal-immigranti f’Ħal Far ifiqu u jtemmu l-kwarantina fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bdiet l-aħħar aġġornamenti tal-Covid-19 billi kkonfermat il-mewt tas-sitt persuna li kienet infettata bil-virus.

Hija kkonfermat li kien hemm żewġ persuni bejn 20 u 29 sena u oħra bejn 30 u 39 sena li fiequ. Spjegat ukoll li lbieraħ saru 1,143 swab tests u minnhom ħarġu żewġ każijiet pożittivi biex b’hekk il-każijiet attivi jibqgħu 66 każ.

Żewġ każijiet ġodda:

-Maltija ta’ 24 sena li kienet f’kuntatt ma’ persuna li kienet diġà konfermata qabel. Hija bdiet bis-sintomi lbieraħ waqt li kienet qiegħda fi kwarantina.
-Maltija ta’ 33 sena li taħdem f’Carin Grech. Hija ħadmet l-aħħar l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju u bdiet bis-sintomi lbieraħ. Qed isir contact tracing ta’ persuni li setgħu kellhom kuntatt ma’ din il-mara.

Is-sitwazzjoni f’Ħal Far:

Gauci kompliet tispjega dwar is-sitwazzjoni f’Ħal Far. Hija spjegat li skont l-aħħar każ li rriżulta pożittiv kien fit-30 ta’ April u b’hekk għada f’Nofsillejl dawn se jispiċċaw il-perjodu tal-kwarantina u se jitħallew joħorġu.

Hija qalet li mill-50 każ, kien hemm 43 każ li kienu fiequ u li għadditilhom il-ġimgħa kwarantina, u għaldaqstant tħallew joħorġu. Mis-sebgħa l-oħra hemm tnejn li għadhom attivi, u ħamsa oħra li diġà fiequ u li qed jistennew it-tieni riżultat.

Sport