Tuesday, September 24, 2024

Il-maġġoranza tal-plejers ta’ Man Utd kontra Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Wara l-polemika li ħoloq Cristiano Ronaldo ma’ Manchester United f’nofs din il-ġimgħa hekk kif irrifjuta li jidħol fil-partita kontra Tottenham Hotspur, diversi gazzetti Ingliżi komplew jiżvelaw aktar aħbarijiet xejn sbieħ fuq id-dressing tar-Red Devils.

Fil-fatt jidher li hemm qasma fl-istess dressing room, dawk imsejħa pro u kontra l-istess Ronaldo. Minkejja kollox, l-istess gazzetti sostnew li l-maġġoranza tal-plejers jinsabu favur il-kowċ Erik Ten Haag, b’Ronaldo li spiċċa jitħarreġ mat-tim ta’ taħt il-21 sena.

Sport