Sunday, December 22, 2024

Il-maġġoranza tal-Ukreni li waslu f’Zaporizhzhia telqu minn Mariupol b’ta’ fuqhom senduqhom

Aqra wkoll

Bosta mill-individwi Ukreni li telqu minn Mariupol, telqu b’ta’ fuqhom senduqhom u issa qed jingħataw l-għajnuna meħtieġa, fosthom sapport psikoloġiku. Dan skont ma kien irrappurtat mill-uffiċjali Ukreni.

Ilbieraħ, il-President Ukren Volodymyr Zelensky, ħabbar li madwar 344 Ukren/a rnexxielhom jitilqu minn Mariupol u l-postijiet tal-madwar, u waslu f’Zaporizhzhia. 

Huwa kompla jgħid li: “Nittamaw li nkunu nistgħu nibqgħu ngħinu lin-nies sabiex joħorġu minn Mariupol. Għad fadal ċittadini xi nsalvaw: nisa, tfal… Sabiex insalvawhom, jeħtieġ li jkompli l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied”.

Ekonomija

Sport