Fl-ajruporti kollha tal-Unjoni Ewropea reġgħet daħlet r-regola li l-passiġġieri ma jistgħux iġorru likwidi f’kontenituri akbar minn tal-100 millilitru. Qabel bosta pajjiżi kienu neħħewha din ir-regola iżda kellhom jerġgħu jimxu magħha mil-lbieraħ.
Huwa mifhum li dan qed isir sakemm jiġu indirizzati kwistjonijiet tekniċi marbuta ma’ scanners ġodda li qed jiġu installati fl-ajruporti. Midja internazzjonali rrapurtat li l-istess scanners jagħmlu użu minn teknoloġja CT X-ray, li permezz tagħhomjiġu analizzati volumi akbar ta’ likwidi.
Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn ir-reazzjonijiet dwar din ir-regola, bosta huma dawk li qed isaqsu għaliex qed iseħħ hekk u jekk ir-regoli li wieħed iġorr li jrid humiex ser jerġgħu lura. Fl-aħħar ta’ Lulju, kienet il-Kummissjoni Ewropea nnifisha li ħabbret li kull individwu jista’ iġorr miegħu sa massimu ta’ 100 millilitru.
Il-Kummissjoni qalet li mhux qed isir bħala theddida iżda biex tiġi tindirizza il-kwistjoni teknika temporanja. Min-naħa tiegħu, il-gvern tar-Renju Unit qabel li s-sistemi fl-ajruport kellhom bżonn jitjiebu