Wara li l-Maġistrat Nadine Sant Lia ħasset li kellha tirrekuża ruħha milli tibda tisma’ l‑każ kriminali relatat ma’ qtil doppju li seħħ fil‑Baħrija nhar it‑Tlieta 29 ta’ Lulju 2025, il-każ issa ġie assenjat lill-Maġistrat Astrid May Grima li se tibda’ tisma’ l-provi nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Awwissu, filgħodu.
Il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ nhar il-Ħamis filgħodu, iżda l-Maġistrat Sant Lia qalet li kienet se tirrekuża ruħha mill-każ minħabba li l-Avukat Franco Debono li qiegħed imexxi d-difiża hu wkoll l-avukat personali tagħha.
Il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ nhar il-Ħamis filgħodu imma minħabba “kunflitt ta’ interess”, l-Maġistrat Sant Lia ddeċidiet li ma tismax hi l-każ hekk kif l‑Avukat Franco Debono, membru mid-difiża fl-istess każ, huwa wkoll avukat personali tal0-Maġistrat.
Carmelo Ciantar qed jiġi mixli bl-omiċidju doppju u li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja fost l-akkużi li qed jiffaċċa. Ciantar minn Ħaż-Żebbuġ kien tressaq il-Qorti jumejn wara li seħħ il-każ quddiem il-Maġistrat oħra Rachel Montebello.