Friday, December 27, 2024

Il-Maġistrat Farrugia titlob estensjoni oħra dwar l-inkjesta Sofia

Il-PM isejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, li qed tmexxi l-inkjesta b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia, talbet għal estensjoni oħra biex ittemm l-investigazzjoni tagħha. 

Rapporti qed jgħidu li l-Maġistrat Farrugia talbet dan lill-Avukat Ġenerali hekk kif kostitwit bil-liġi. Din kienet is-sitt darba li l-Maġistrat talbet li ssir estensjoni tal-inkjesta.

Dan għall-fatt li l-liġi tistipula li l-maġistrat għandu jitlob għal estensjoni kull 30 jum li fih ma tkunx għadha ntemmet l-inkjesta maġisterjali. F’din l-istess talba, il-Maġistrat trid tagħti r-raġuni li għaliha tkun qed titlob li tiġi estiża l-inkjesta. 

Sadanittant, il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista sabiex jiddiskuti s-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport