Il-Maġistrat Joe Mifsud irritorna għax-xogħol fl-awla tal-Qorti wara xhur rikoverat fl-Isptar.
Ħafna kienu dawk li dalgħodu awgurawlu wiċċ imb wiċċ għall-ħidma kif dejjem għamel fil-qrati tal-ġustizzja.
Min-naħa tiegħu filwaqt li rringrazzja lil dawn in-nies li waqqfuh, fl-awla huwa radd ħajr lill-istaff kollu tal-Isptar Mater Dei involut fil-kura tiegħu u lil dawk kollha li kienu ta’ sapport għalih f’dawn ix-xhur. Huwa ma naqasx milli jsellem ukoll lill-Madonna ta’ Pinu li hi tant għal qalbu u lil Dun Mikiel Attard.