Saturday, July 20, 2024

Il-Maġistrat Leonard Caruana jordna sabiex Sqalli mfittex jiġi estradit lejn pajjiżu

Aqra wkoll

Fil-Qorti, il-Maġistrat Leonard Caruana ordna sabiex Gianluca Carusa, Sqalli ta’ 32 sena minn Katanja li kien qiegħed jiġi mfittex f’pajjiżu, sabiex dan jiġi estradit lejn pajjiżu.

Quddiem il-Qorti Taljana, Caruso ġie kkundannat seba’ snin u xahrejn ħabs, hekk kif kien instab ħati fuq traffikar ta’ droga u assoċjazzjoni kriminali.

L-awtoritajiet Taljani kienu ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew, minħabba l-fatt li l-akkużat innifsu kien ħarab mill-pajjiż.

Huwa kien arrestat f’pajjiżna fis-17 ta’ Mejju u wara li tressaq il-Qorti, huwa kien inżamm arrestat sakemm jibda l-proċess ta’ estradizzjoni.

L-akkużat innifsu kien ilmenta li se jinkisrulu d-drittijiet fundamentali jekk jintbagħat lura pajjiżu u argumenta li dan minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-ħabsijiet fl-Italja.

Madankollu l-Qorti preseduta milll-Maġistrat Caruana ordna sabiex Caruso jiġi estradit, flimkien ma’ ġimgħa ċans biex jappella minn din id-deċiżjoni.

Ekonomija

Sport