Thursday, January 23, 2025

Il-Malta Basketball Association f’laqgħa mal-AiMS

Aqra wkoll

Il-President Paul Sultana u s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Basketball Association kellhom l-ewwel laqgħa uffiċjali mal-Kap Eżekuttiv tal-AiMS l-Awtorita’ tal-Integrita’ tal-Isport Jean Claude Micallef.
F’din il-laqgħa il-Malta Basketball Association esprimit is-sodisfazzjon tagħha għall-aħbar li ħarġet riċentament li l-AiMS qed taħdem biex tissimplifika l-proċċess tar-reġistrazzjoni għall-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet.
Fil-Laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti fosthom it-testijiet tal-anti-doping fl-Isport tal-Basketball, u s-sistema interna li tadotta l-MBA dwar l-integrita’.
Il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS Jean Claude Micallef qal li kien importanti li bħala AiMS tiltaqa’ mill-ewwel mal-MBA waħda mill-ikbar Assoċjazzjonijiet Sportivi f’pajjiżna bi storja ta’ suċċess għal snin twal. Kien ta’ sodisfazzjon għall-MBA li tisma’ mingħand l-AiMS il-konferma li l-Assoċjazzjoni tagħna se tkun waħda minn tal-ewwel li jingħataw ir-reġistrazzjoni uffiċjali.
Il-Malta Basketball Association tawgura u tittama li dawn il-laqgħat jibqgħu isiru fuq bażi regolari u tawgura kull suċċess lit-tmexxija tal-Awtorita’ għal ġid tal-Isport Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport