Tuesday, July 1, 2025

Il-Malta Blackball Federation taħtar kumitat ġdid, Philip Gatt jibqa’ president

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation kellhom il-laqgħa ġenerali annwali lbieraħ fejn fl-aġenda kien hemm inkluż l-elezzjoni għall-membri tal-kumitat il-ġdid.

Philip Gatt żamm il-kariga ta’ president bil-membri li tawh fiduċja assoluta f’dan ir-rwol. Is-segretarju ġenerali se jkun Ephraim Calleja filwaqt li Clint Azzopardi ġie maħtur bħala t-teżorier. Michel Curmi żamm ir-rwol ta’ uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi filwaqt li l-membri tal-kumitat se jkunu Alessio Magro, Christopher Busuttil, Edmund Curmi, Glenn Axiaq, Mario Spiteri, Reuben Xuereb, Teemor Mifsud, Clayton Castaldi, Donna Bugeja, Kevin Schembri u Lee Ryan Darmanin.

Dawn il-membri se jkunu qed iservu għas-sentejn li ġejjin bil-Malta Blackball Federation li qed tkompli tiġġedded dejjem aktar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport