Il-Malta Blackball Federation reġgħu bdew il-kompetizzjonijiet tagħhom, din id-darba għall-istaġun 2025/26 bir-Regional KO u l-Community KO.
Fir-Regional KO, kien hemm il-kwalifikazzjoni ta’ PL Balzan, San Ġwann Tiki Taka u Birkirkara Youngsters.
PL Balzan għelbu lil Ħamrun 147 B 21-18 filwaqt li Birkirkara Youngsters rebħu lil Selmun Sports Club A 21-19. Mill-banda l-oħra, Valletta Fossa Boys xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil San Ġwann Tiki Taka Boys 23-20.
Fil-Community KO, Birżebbuġa St Peter’s B għaddew għall-fażi li jmiss wara rebħa ta’ 21-16 kontra Żebbuġ St Joseph B.
Sadanittant illum ikollna aktar logħbiet minn din il-kompetizzjoni b’dan il-programm:
Birzebbuga St Peters B – Hamrun 1889 Bar
Siggiewi Montekristo C – Zebbug St. Joseph C
Pl Balzan B – Birkirkara Juve
Selmun Sports Club B – Mriehel Billiard House B
Hamrun 147 D – Siggiewi Montekristo B
Birzebbuga St Peters A – San Gwann Tiki Taka Buddies
Birkirkara Bocci – Pl Floriana
Cospicua Rangers B – Selmun Sports Club C
Dawn il-logħbiet jibdew kollha fis-7.30pm.