Tuesday, February 17, 2026

Il-Malta Blackball Federation tibda l-kompetizzjonijiet tal-Għid

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation tat bidu għall-kompetizzjonijiet tal-Għid bir-Regional u l-Community Easter Trophy li bdew b’diversi logħbiet interessanti.
Fl-ewwel logħbiet li kellna l-ġimgħa l-oħra, San Ġwann Tiki Taka Spartans, Selmun Sports Club A u Qormi Pinto aċċertaw posthom għar-round li jmiss hekk kif rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom.
San Ġwann Tiki Taka għelbu lil Siġġiewi Montekristo 21-10 filwaqt li Qormi Pinto B kienu aħjar minn Birkirkara Youngsters tant li rebħulhom 21-15. Mill-banda l-oħra, Selmun Sports Club A kellhom jitħabtu sal-aħħar biex għelbu lil Ħamrun 147 C 23-22.
Fil-Community Easter Trophy, Ħamrun 147 D aċċertaw posthom għall-fażi li jmiss wara li għelbu lil PL Balzan B 21-17. L-istess għamlu Birżebbuġa St Peter’s A wara rebħa ta’ 21-16 kontra Żebbuġ St Joseph.

F’dawn il-jiem se jkunu qed jintlagħbu t-tieni legs li jiddeterminaw aktar timijiet li jikkwalifikaw għar-round li jmiss tal-kompetizzjoni rispettiva.
Sadanittant, in-National Easter Trophy tibda fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu fejn hemm stennija kbira mid-dilettanti tal-blackball sabiex jaraw fl-azzjoni l-aqwa plejers fil-pajjiż li se jagħmlu minn kollox biex jirbħu dan it-trofew prestiġġjuż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport