Sunday, December 22, 2024

Il-Malta Bowling Association tħabbar ftehim ta’ sentejn ma’ Trident għal gear tat-tim nazzjonali

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-assoċjazzjoni, il-Malta Bowling Association ħabbru li għas-sentejn li ġejjin, ser ikollhom fornituri uffiċjali biex jagħtihom il-gear meqjus għat-timijiet nazzjonali tal-bowling ta’ Malta. 

B’din it-tħabbira, l-MBA ukoll urew id-disinn il-ġdid tal-kit nazzjonali li ddisinjaw Trident lil membri tagħhom. Waqt it-tħabbira, l-iskwadri nazzjonali għaż-żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali li ġejjin libsu l-flokkijiet il-ġodda mal-President tal-assoċjazzjoni u r-rappreżentanti ta’ Trident. 

Dawn l-iskwadri nazzjonali se jużaw dawn il-basktijiet, flokkijiet, u ġkieket għall-ewwel darba fil-European Championship of Champions (ECC 2022) il-ġimgħa d-dieħla, u fil-European Seniors Championships (ESC 2023) f’Jannar. 

Kenneth Arpa, Sue Abela, u Cynthia Frendo Duca se jużaw dawn l-ilbies ta’ Trident fl-ECC 2022 fl-aħħar t’Ottubru ġor-Repubblika Ċeka. Ħafna attenzjoni se jkun fuq ir-rebbieħa tal-ECC is-sena l-oħra, Sue Abela, waqt li se tipprova żżomm it-titlu tagħha bħala champion Ewropea. L-ECC huwa kompetizzjoni fejn jipparteċipaw biss ir-rebbieħa (irġiel u nisa) tal-kampjonati nazzjonali rispettivi tal-pajjiżi kollha Ewropej. Il-bowlers l-oħrajn huma l-irġiel mill-iskwadra għal ESC 2023. Flimkien ma’ Kenneth Arpa, dawn huma Dennis Mercieca, Mark Spiteri, u Joe Cassar.

Ekonomija

Sport