Wara li aktar kmieni llum il-paġna tal-Malta Film Commission li għandhom fuq Facebook ġiet iħħekkjata, l-istess Kummissjoni ressqet rapport uffiċjali kemm mal-Pulizija kif ukoll ma’ Facebook innifsu.
Wara li daħal ir-rapport, il-pulizija bdiet tinvestiga minn kien wara dan l-att. Jidher li l-uffiċjali tal-Kummissjoni tal-Films tilfu kull kontroll tal-paġna u min iħħekka l-istess paġna biddet ir-ritratt tal-profil.
S’issa mhux magħruf jekk Facebook hux se jgħalaq din il-paġna jew le. Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni jkollha bilfors tiftaħ paġna ġdid bil-konsegwenza li tilef lil dawk kollha li jkunu jiffolojaw ix-xogħol li jitella’ fuqha.