Wednesday, October 9, 2024

Il-Malta Football Association torganizza pre-season tournament … Summer Cup 2024

Aqra wkoll

Hamrun Spartans FC, Floriana FC, Sliema Wanderers FC u Marsaxlokk FC se jieħdu sehem f’knock-out tournament mis-6 sal-10 ta’ Awwissu.

Il-Malta Football Association qed torganizza pre-season tournament li jinvolvi l-erba’ timijiet li kkompetew fil-Kompetizzjonijiet tal-Klabbs tal-UEFA dan l-istaġun.

Is-Summer Cup 2024 tibda nhar it-Tlieta, 6 ta’ Awwissu, b’Marsaxlokk FC jilqgħu liċ-champions attwali tal-Premier League Hamrun Spartans FC fis-Centenary Stadium. Sliema Wanderers FC jiltaqgħu ma’ Floriana FC nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu, fis-Centenary Stadium, biż-żewġ logħbiet jibdew fis-7.30 p.m.

Ir-rebbieħa tal-ewwel partiti se jgħaddu għall-finali, skedata għas-Sibt, fl-Istadium Nazzjonali. Il-ħin għadu jrid jitħabbar.

Jekk partita tispiċċa fi draw, ma jintlagħab l-ebda ħin barrani, u l-partita tiġi deċiża direttament permezz ta’ penalties.

Bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni għal dan l-avveniment, il-Malta FA qed tippjana li tospita żewġ konferenzi stampa – l-ewwel nhar it-Tnejn qabel l-ewwel logħbiet u t-tieni nhar il-Ġimgħa, lejlet il-partita finali.

Il-prezzijiet tal-biljetti tal-logħbiet huma dawn:

Online: €8 – adult; €5 – tifel

Fil-bieb: €10 adult; €6 – tifel

Il-biljetti jistgħu jinxtraw online mis-Sibt, 3 ta’ Awwissu, permezz ta’ https://tickets.mfa.com.mt jew mill-ticket booths tal-istadium fil-ġranet tal-partita.

Sport