Saturday, February 14, 2026

Il-Malta Girl Guides Jiċċelebraw 100 Sena ta’ World Thinking Day

Aqra wkoll

Il-Malta Girl Guides (MGG) se jingħaqdu ma’ miljuni ta’ Girl Guides u Girl Scouts madwar iddinja biex ifakkru pass importanti storiku: il-100 anniversarju ta’ World Thinking Day, iċċelebrat globalment mill-World Association of Girl Guides and Girl Scouts (WAGGGS).

L-ewwel darba li ġie osservat kien fl-1926, u World Thinking Day jiġi ċċelebrat kull sena fit-22 ta’ Frar, f’jum it-twelid ta’ Lord u Lady Baden-Powell, il-fundaturi tal-Moviment tal-Girl Guiding u lScouting madwar id-dinja. Matul dawn il-100 sena, dan il-jum sar simbolu qawwi ta’ għaqda, riflessjoni u ħbiberija internazzjonali, li jgħaqqad aktar minn 10 miljun membru f’153 pajjiż u territorju.

Biex jimmarkaw dan iċ-ċentinarju speċjali, il-Malta Girl Guides se jorganizzaw Scarf Day nhar ilĠimgħa, 20 ta’ Frar. F’dan il-jum, il-membri kollha mill-iżgħar Dolphin, u Brownies, għall-Guides, Rangers u l-Voluntiera Adulti huma mħeġġa jilbsu l-maktur tal-Girl Guiding tagħhom fl-iskola, luniversità u, fejn applikabbli, fuq il-post tax-xogħol.

Il-maktur, parti distintiva mill-uniformi tal-Girl Guiding, jirrappreżenta identità komuni u impenn lejn il-valuri tal-moviment. World Thinking Day jagħti opportunità lill-Girl Guides madwar id-dinja biex jirriflettu fuq issaħħa tal-valuri li jgħaqqduhom. Huwa jum biex jiġu ċċelebrati valuri komuni bħal rispett,
inklużjoni, tmexxija, servizz u ċittadinanza attiva.

Permezz ta’ inizjattivi lokali u internazzjonali, ilmembri huma mħeġġa jitgħallmu dwar kulturi oħra, jifhmu sfidi globali u jieħdu azzjoni konkreta
fil-komunitajiet tagħhom. It-tema ta’ din is-sena, Il-Ħbiberija Tagħna, tiffoka fuq iċ-ċelebrazzjoni tar-rabtiet u lkonnessjonijiet li sawru l-Girl Guiding matul il-ġenerazzjonijiet. Hija tfakkar il-ħbiberiji li jinħolqu kemm fil-gruppi lokali kif ukoll lil hinn mill-fruntieri ħbiberiji li jegħlbu d-differenzi tal-lingwa,
kultura u ġeografija.

It-tema tenfasizza kif l-appartenenza għall-moviment tal-Girl Guiding tgħin
lill-bniet u ż-żgħażagħ jikbru b’kunfidenza, reżiljenza, empatija u sens qawwi ta’ skop. Il-ħbiberija dejjem kienet fil-qalba tal-Girl Guiding.

Għal 100 sena, World Thinking Day fakkar lillmembri li huma parti minn netwerk globali ta’ bniet u nisa li jappoġġjaw lil xulxin, jitgħallmu flimkien u jaħdmu kollettivament biex joħolqu bidla pożittiva. Kemm permezz ta’ proġetti ta’ servizz fil-komunità, programmi ta’ żvilupp fit-tmexxija, skambji internazzjonali jew inizjattivi ta’ promozzjoni soċjali, il-Girl Guiding jagħti s-setgħa lill-membri tiegħu biex jikbru bħala ċittadini globali responsabbli u impenjati.

L-ilbies tal-maktur tal-Girl Guiding f’Scarf Day huwa ġest sempliċi iżda b’saħħtu. Huwa sinjal viżibbli ta’ kburija, appartenenza u dedikazzjoni għas-servizz. L-inizjattiva għandha wkoll l-għan li tqajjem konversazzjonijiet pożittivi fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-komunità dwar irrwol tal-Guiding fit-tiswir ta’ mexxejja kunfidenti u aġenti ta’ bidla b’qalb sensittiva.

Il-Malta Girl Guides tirringrazzja lill-iskejjel, lill-min jimpjega, lill-familji u lill-komunità inġenerali għall-appoġġ kontinwu tagħhom f’dan l-okkażjoni importanti u talli jgħinu lill-membri jiċċelebraw 100 sena ta’ World Thinking Day b’mod sinifikanti u viżibbli.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Malta Girl Guides u World Thinking Day, żur:
https://maltagirlguides.com/

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport