Wednesday, December 25, 2024

Il-Malta Girl Guides tipparteċipa fil-Laqgħa tad-Diversità tal-Overture

Aqra wkoll

Id-Diversity Team Coordinator tal-Malta Girl Guides Maria Mercieca, u l-membru Marie Micallef, ipparteċipaw fl-Overture Diversity Network Meeting organizzata mir-reġjuni Ewropej tal-World Organization of the Scout Movement (WOSM) u l-World Association of Girl Guides and Girl Scouts (WAGGGS)’s.

Il-laqgħa saret f’Ġunju li għadda fi Crawfordsburn, l-Irlanda ta’ Fuq u ospitata minn The Scout Association, Scouting Ireland, Catholic Guides of Ireland, u Girlguiding UK.

It-termini diversità u inklużjoni spiss jinstemgħu, iżda s-sinifikat tagħhom ma jistax jiġi eżaġerat. Huma essenzjali biex il-membri tal-Malta Girl Guides (MGG) iħossuhom tassew f’darhom fi ħdan l-Assoċjazzjoni.

Girl Guides u Scouts minn madwar l-Ewropa ngħaqdu flimkien, biex jirriflettu dwar l-importanza tad-diversità u l-inklużjoni fl-assoċjazzjonijiet tagħhom. L-għan tal-laqgħa kien li jkunu iffukati diversi temi essenzjali li jappoġġjaw programmi edukattivi għall-parteċipanti kollha biex jitgħallmu u jgawdu.

Dan sar permezz ta’ varjetà ta’ workshops, sessjonijiet u taħditiet informattivi, li jindirizzaw prinċipji ewlenin ta’ diversità u inklużjoni f’suġġetti differenti, jiġifieri ir-razza, is-saħħa mentali u benessri, il-kultura, l-edukazzjoni għall-paċi, LGBTQIA+ , il-Programm ta’ Faqar fl-Edukazzjoni u l-inklużjoni soċjoekonomika.

Ekonomija

Sport