Saturday, December 21, 2024

Il-Malta Girl Guides u l-Assoċjazzjoni tal-iScouts ta’ Malta jospitaw f’Malta l-International Commissioners Forum 2024

Aqra wkoll

Il-Malta Girl Guides u l-Assoċjazzjoni tal-iScouts ta’ Malta qegħdin iħejju biex jospitaw avveniment internazzjonali li se jlaqqa’ flimkien voluntiera minn madwar il-movimenti Ewropej tal-iScouting u l-Guiding.

L-International Commissioners Forum 2024, koorganizzat mil-World Association of Girl Guides and Girl Scouts (WAGGGS) u l-World Organisation of the Scout Movement (WOSM), huwa skedat li jsir mil-Ħamis 5 ta’ Diċembru sal-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2024 fil-lukanda AX ODYCY fil-Qawra, u se joffri erbat ijiem ta’ kollaborazzjoni u diskussjonijiet strateġiċi dwar il-futur ta’ dawn iż-żewġ
organizzazzjonijiet.

Dan l-avveniment qed ikun appoġġjat minn VisitMalta Incentives and Meetings.
Il-Forum li se jlaqqa’ 154 parteċipanti internazzjonali mill-Ewropa kollha, ser joffri opportunità għal dawn il-voluntiera tal-Guiding u l-iScouts sabiex bejniethom joħolqu network, jaqsmu lgħarfien u jiżviluppaw strateġiji li se jsawru l-involviment taż-żgħażagħ u l-iżvilupp tat-tmexxija madwar il-kontinent.

Aktar minn 30 voluntier lokali qed jippreparaw b’mod attiv biex jiżguraw
avveniment bla xkiel u ta’ suċċess, filwaqt li jenfasizzaw l-impenn ta’ Malta li tospita din il-laqgħa internazzjonali.

Bħala parti mil-programm il-parteċipanti se jkollhom serata internazzjonali u se jżuru wkoll l-Imdina u l-Bażilika tal-Mosta bħala parti minn serata kulturali.
Ir-Rappreżentanti tal-media huma mistiedna għal din l-okkażjoni nhar il-Ħamis fid-9pm, u ser ikollhom l-opportunità li jattendu ċ-ċerimonja tal-ftuħ, kif ukoll opportunitajiet ta’ intervisti.

Dwar il-World Association of Girl Guides and Girl Scouts (WAGGGS) u l-World Organisation of the Scout Movement (WOSM): Dawn l-organizzazzjonijiet globali jirrappreżentaw l-akbar movimenti taż-żgħażagħ fid-dinja, bil-WAGGGS jgħaqqad 10 miljun tifla u mara żagħżugħa minn madwar 150 pajjiż, u WOSM jirrappreżenta aktar minn 50 miljun membru madwar id-dinja.

Flimkien, hum ddedikati biex jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ biex isiru ċittadini u mexxejja attivi fil-komunitajiet tagħhom. Għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt permezz ta’ email fuq [email protected] jew in-numru 79062323.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport