Wednesday, April 8, 2026

Il-Malta Handball Association tħejji għat-tmiem tal-istaġun

Aqra wkoll

Il-Malta Handball Association (MHA) ħabbret li t-tmiem tal-istaġun 2025/2026 se jsir bejn il-25 u s-26 ta’ April 2026, bil-korsijiet ta’ taħriġ EHF Livell 2 mmexxija minn espert tal-EHF jibdew il-Ġimgħa 24 ta’ April. Dan it-tmiem il-ġimgħa se jiġbor flimkien l-aqwa kompetizzjoni lokali, uffiċjali internazzjonali u taħriġ ta’ livell għoli għall-kowċis.

Finali tal-Istaġun

Iċ-Champions tal-Kampjonat u r-rebbieħa tat-Tazza Knock-Out minn kull kategorija ta’ età se jikkompetu fil-finali tal-kampjonat — l-aħħar u l-aktar trofew mistenni tal-istaġun. Il-finali — li jinkludu erba’ logħbiet is-Sibt 25 ta’ April u żewġ logħbiet il-Ħadd 26 ta’ April — jkopru l-kategoriji kollha minn Under-15 (U15) sal-kategorija Seniors, u jagħtu lill-plejers f’kull livell l-opportunità li jikkompetu fuq l-aktar palk importanti u segwit tas-sena.

Il-programm — li se jsir fil-University Sports Hall — huwa kif ġej, bil-logħbiet finali jiġu kkonfermati aktar qrib id-data:

Is-Sibt 25 ta’ April

  • 12:30 – U15 Subien
  • 14:00 – U15 Bniet
  • 15:30 – Nisa Seniors
  • 17:30 – Irġiel Seniors

Il-Ħadd 26 ta’ April

  • 09:00 – U17 Bniet
  • 11:00 – U19 Irġiel

Referees Internazzjonali minn Franza

L-MHA se tilqa’ lir-referees internazzjonali Franċiżi David Christmann u Thomas Iltis biex joffiċjaw l-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni. Din id-duo, b’15-il sena esperjenza f’livell elite, hija klassifikata fil-Grupp Elite 1 mill-Kummissjoni Nazzjonali tar-Refereeing Franċiża u tirrefja b’mod regolari fil-LNH, il-Proligue tal-irġiel u l-Women’s Butagaz Énergie League.

Magħrufa għall-konsistenza tagħhom f’logħbiet ta’ pressjoni għolja, huma ġew appuntati għal diversi logħbiet importanti li jinvolvu klabbs bħal Montpellier, PSG, Nîmes, Nantes u Limoges.

Espert tal-EHF Luís Santos — Kors ta’ Taħriġ Livell 2

L-espert tal-EHF Luís Santos se jkun Malta mill-Ġimgħa 24 sat-Ħadd 26 ta’ April, fejn se jmexxi sessjonijiet bħala parti mill-Kors ta’ Taħriġ Livell 2 tal-MHA. Santos għandu aktar minn għoxrin sena esperjenza fit-taħriġ ta’ prestazzjoni għolja u fl-iżvilupp tal-atleti, b’lawrja u masters fix-Xjenza tal-Isport kif ukoll il-liċenzja EHF Master Coach Pro. Huwa serva bħala għalliem tal-edukazzjoni fiżika, lettur għall-Federazzjoni Portugiża tal-Handball u direttur ta’ korsijiet avvanzati għall-kowċis.

Il-kors Livell 2 jitwassal minn esperti tal-EHF, id-Direttur Tekniku tal-Assoċjazzjoni u kowċis lokali b’esperjenza. Parti mill-EHF Master Plan, dan il-kors huwa mfassal biex itejjeb il-kompetenzi tekniċi, tattici u maniġerjali tal-kowċis.

Sessjonijiet CPD Miftuħa — Il-Kowċis Kollha Mistiedna

Kowċis li mhumiex irreġistrati għall-kors Livell 2 huma mħeġġa jattendu dawn is-sessjonijiet bħala parti mir-rekwiżiti tagħhom ta’ Continuous Personal Development (CPD) għall-liċenzja ta’ coaching 2026/2027. Is-sessjonijiet jibnu fuq il-ħidma tad-Direttur Tekniku tal-Assoċjazzjoni kif ukoll il-kowċis Allan Heine u Carlos Prieto, u huma miftuħa għall-kowċis kollha matul il-weekend.

Wieħed jista jirreġistra għas-sessjonijiet ta’ Luís Santos: https://bit.ly/Level2-Expert-Coaching

Dikjarazzjoni

“Il-Malta Handball Association qed tħares ’il quddiem biex tagħlaq l-istaġun 2025/2026 b’tmiem il-ġimgħa li jirrifletti dak kollu li nemmnu fih — handball kompetittiv, standards għoljin ta’ refereeing u impenn kontinwu għall-iżvilupp tal-kowċis tagħna. Dan huwa pass ieħor sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Masterplan tagħna, b’kollaborazzjoni mal-European Handball Federation,” temm jgħid il-President tal-MHA, Daniel Tabone.

L-Malta Handball Association tirringrazzja lill-European Handball Federation u lill-French Handball Federation, kif ukoll lill-Kumitat Olimpiku Malti u Sport Malta għall-appoġġ tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport