Il-Malta MedAir qed tagħmel l-ewwel titjira tagħha MM02 lejn l-Ajruport Chopin f’Varsavja permezz ta’ ajruplan tagħha Airbus A320 bir-reġistrazzjoni 9H-AEO. It-titjira telqet mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tas-2.20pm u mistennija tirritorna fl-10:15pm. L-ekwipaġġ abbord din l-ewwel titjira ta’ Malta MedAir huwa kollu Malti u qed tittajjar minn Kaptan Malti assistit minn First Officer mara.
Il-linja tal-ajru ġdida Maltija, ġiet mwaqqfa fl-10 ta’ Jannar 2018 mill-Gvern Malti. Din se tkun qed topera numru ta’ titjiriet skedati lejn destinazzjonijiet Ewropej.
Il-linja tal-ajru ilha tipprepara għal din l-ewwel titjira billi impjegat numru ta’ piloti u cabin crew fejn ingħata taħriġ addizzjonali. Il-linja tal-ajru għandha pjanijiet li tkompli tkabbar l-operat taghha u żżid il-ħaddiema fil-ġimgħat li ġejjin.
Malta MedAir ilha topera minn Marzu tal-2018 fuq bażi ACMI għall-AirMalta però mil-lum bdiet topera titjiriet bl-ekwipaġġ tagħha stess.
Il-kumpanijia għaddejja b’diskussjonijiet ma’ klijenti prospettivi biex tibda topera numru ta’ titjiriet oħra.