Thursday, May 22, 2025

Il-Malta Polo Club bl-organizzazzjoni ta’ The Spencer Cup

Aqra wkoll

Il-Malta Polo Club se torganizza avveniment ieħor fil-Malta Equidrome nhar is-Sibt li ġej hekk kif se tintlagħab The Spencer Cup.

Dawn se jkunu erba’ chukkas ferm interessanti bejn żewġ timijiet femminili Las Charras u Saddle Sisters.

Saddle Sisters se jkollhom lil Christe Massaloux, Emma Ellul Vincenti u Petra Vella li se jaffaċċjaw lil Las Charras magħmula minn Serena Galea, Nicole Fenech Adami u Rebecca Gera.

L-Umpires se jkunu Jeremy Besancon u Steve Vassallo.

Dan l-avveniment se ssir b’kolloborazzjoni ma’ EquestriMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport