Nhar is-Sibt li ġej il-Malta Polo Club bl-għajnuna ta’ EquestriMalta se jkun qed jorganizza The Ormsby Johnson Cup fejn tliet timijet se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni li se tintlagħab fil-Malta Equidrome fil-Marsa.
Dawn it-tliet timijiet se jkunu magħmula minn plejers ta’ esperjenza li se jilagħbu ma’ oħrajn li ftit ilhom jipprattikaw dan l-isport. L-għan hu li dawn tal-aħħar jieħdu aktar esperjenza sabiex aktar tard jikkompetu f’avvenimenti ta’ prestiġġju.
Tim A se jkun iffurmat minn Matthew Borg, Petra Vella, Emma Aquilina u Matthew Grech filwaqt li Tim B se jkollu lil Greg Gera, Jeremy Besanscon, Kim Besancon u Bex Gera. Finalment tim C hu kompost minn Ivan Camilleri/Chris Delia, Julian Mamo, Francesca Camilleri u Ella Parker.
L-Umpires għal dawn il-logħbiet se jkunu Chris Wightman u Mark Darmanin bl-ewwel throw in jibda fl-10 ta’ filgħodu.