Il-Malta Polo Club se tkun qed torganizza t-Tourist Board Cup li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fil-Malta Equidrome. F’din il-kompetizzjoni se jkun hemm żewġ logħbiet msejħa Low Goal u Medium Goal.
L-ewwel logħba se tintlagħab fl-10am fejn Tim A magħmul minn Mariano Iturrioz, Serena Galea, Rebecca Gera u Richard Green se jkun qed jaffaċċja tim B iffurmat minn Gaston Etcheberry, Petra Vella, Mike Vella u Emma Aquilina.
Eventwalment fil-11am, tintlagħab il-logħba Medium Goal fejn Go Stable jaffaċċjaw lil Horse Power. Go Stable għandhom lil Julian Mamo, Greg Gera, Chris Delia u Matthew Grech filwaqt li Martin Arrigo, Matthew Borg, Simon Psaila u Ivan Camilleri jagħmlu parti minn Horse Power.
L-Umpires se jkunu Gaston Etcheberry u Mariano Iturrioz fit-tielet uffiċjal se jkun Philip Wismayer. Din l-attivita’ se ssir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.