Il-Malta Premier League tikkundanna bla riservi l-inċidenti li seħħew fi tmiem il-logħba bejn Mosta u Zabbar St Patrick.
Mingħajr ma tidħol fil-mertu ta’ dak li ġara, l-MPL tiġbed l-attenzjoni li mill- informazzjoni li għandha ma jirriżultax li kien hemm partitarji involuti f’ dawn l-inċidenti.
Anzi, l-imġieba tal-mijiet ta’ partitarji li attendew għall-ewwel tlett logħbiet f’Għawdex kienet tajba ħafna.
L-MPL tilqa kull investigazzjoni li tħabbret li se ssir mill-MFA.
L-MPL tirringrazzja lil forzi tal-ordni li kienu preżenti saħansitra fuq il-vapuri li ttrasportaw lil partitarji.
Tirringrazzja ukoll lil Ministeru għal Għawdex u l-GFA li għenu biex il-Gozo Weekender ikun suċċess.
L-MPL tawgura li l-kumplament tal-logħob jibqgħu isiru f’atmosfera serena.