Wednesday, July 24, 2024

Il-Malta Ranger Unit tilqa’ lill-Cleo sabiex tassisti fl-ispezzjonijiet

Aqra wkoll

‘Qed nilqgħu lil Ranger Canine Cleo RC03, tal-K9 b’missjoni’. Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li l-kelba se tkun qegħda mar-Rangers ta’ kuljum u li se tkun imħarrġa sabiex toffri assistenza.

Fl-istess messaġġ, il-MRU appellat lill-pubbliku sabiex jekk xi darba jiltaqgħu magħha, dawn ma għandhomx imissuha. Infatti minħabba f’hekk se jkollha badge apposta mwaħħla mal-kullar, li se tkun qed tgħid; “Do not pet”.

Tennew li għalkemm hija kelba ħelwa ħafna, hija kelba li se tkun qegħda fuq missjoni u li għalhekk din teħtieġ l-attenzjoni kollha sabiex tikkonċentra fuq dak li qed tagħmel.

Il-messaġġ intemm bil-Malta Ranger Unit tgħid illi dan kollu huwa kapitlu ġdid għalihom u li se jfisser iktar effiċjenza fil-ħidma tagħhom.

Ekonomija

Sport