Tuesday, September 23, 2025

Il-Malta Veterans Football Association tiftaħ l-istaġun bid-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Il-Malta Veterans Football Association se tkun qed tiftaħ l-istaġun il-ġdid bid-David Cluett Memorial Cup. Fil-fatt ilbieraħ telgħu l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni li fiha se jipparteċipaw tmien timijiet.

Il-holders Rabat Veterans jilagħbu kontra St Andrew’s filwaqt li ċ-champions tal-istaġun li għadda Gżira United jaffaċċjaw lil MFPA.

F’aktar konfronti, Żurrieq Wolves jilagħbu kontra Birkirkara St Helen’s filwaqt li l-konfront bejn Floriana u Hibernians għandu jkun wieħed ferm interessanti.

Il-partiti se jintlagħbu bejn it-8 u d-9 t’Ottubru fil-grawnd ta’ Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ u l-Mediterranean College of Sports Ground f’Birkirkara.

Din se tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ dan it-turnew li jfakkar il-memorja tal-eks goalkeeper internazzjonali Malti David Cluett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport