Saturday, October 26, 2024

Il-Malta Vision 2050 se tiffoka fuq direzzjoni strateġika ffukata fuq il-kwalità

- Il-Prim Minisru jindirizza l-konferenza tal-EY 2024

Aqra wkoll

“Il-Malta Vision 2050 se tkun waħda kuraġġjuża u komprensiva, li tindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ żminijietna.” Sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela meta aktar kmieni kien qed jindirizza l-konferenza annwali tal-Ernst and Young.

Il-Prim Ministru rrimarka l-importanza tat-tema tal-konferenza f’kuntest tar-realtajiet li għandu pajjiżna quddiem is-suċċess ekonomiku bla preċedent li rnexxielu jikseb fl-aħħar snin. Fil-fatt, Dr Abela aċċenna għall-ekonomija reżiljenti li llum għandu pajjiżna anke quddiem sfidi li rnexxielu jegħleb, bħall-pandemija, u l-inflazzjoni qawwija bħal dik fis-settur tal-enerġija.

Sostna kif din ir-reżiljenza tidher f’setturi differenti li jvarjaw minn dak tat-turiżmu, li kiber sew fl-aħħar snin, għal dawk tal-manifattura u r-remote gaming. Irrimarka wkoll li fl-2013 inqas min-nofs in-nisa Maltin kienu jaħdmu, b’illum is-sitwazzjoni hija ferm differenti, tant li pajjiżna għandu waħda mill-akbar rati ta’ persuni fid-dinja tax-xogħol fl-Ewropa.

Madankollu kien hawn li l-Prim Ministru sostna li issa pajjiżna jrid jiffoka fuq prijoritajiet differenti hekk kif elenka tliet bidliet ewlenin li ser jara li jwassal.

  • Li l-investiment attirat lejn pajjiżna jkun ta’ valur miżjud u li jwassal għal impjiegi ta’ kwalità u mhux kwantità;
  • Li l-politika tax-xogħol ta’ pajjiżna tkomplu tkun iddirezzjonata minn waħda li toħloq l-impjiegi għal waħda li żżid il-komptenzi u l-ħiliet tal-ħaddiema; 
  • Li l-miri ekonomiċi ta’ pajjiżna jridu jinbidlu minn dawk iffukati biex jegħlbu l-bqija tal-Ewropa f’termini ta’ tkabbir ekonomiku għal dawk iffukati biex jagħmlu lil Malta fuq ta’ quddiem fir-reġjun f’termini ta’ tranżizzjoni diġitali u ħadra.

“Is-suċċess futur tagħna jobbligana nkunu deċiżivi fuq dawn il-prijoritajiet”, sostna l-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru spjega kif il-Gvern qed jaħdem qatigħ biex jindirizza realtajiet emerġenti f’pajjiżna fosthom dwar investiment dirett barrani ta’ valur miżjud, politika ġdida dwar l-immigrazzjoni u miżuri fl-immedjat li jindirizzaw it-traffiku. Dan filwaqt li sar progess fl-istudji biex jiġu sottomessi offerti għall-offshore windfarms.

“Fil-Budget se nkunu qed nitkellmu aktar dwar din id-direzzjoni strateġika ġdida filwaqt li l-intenzjoni tagħna hija li jkollna diskussjonijiet mal-imsieħba kollha u nkomplu nimplimentaw il-bidliet. Il-viżjoni tagħna hija ċara, Malta reżiljenti u innovattiva”, temm jgħid il-Prim Ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport