Saturday, May 4, 2024

Il-Malta Women’s Lobby tgħid li mekkaniżmu ta’ bilanċ bejn is-sessi għall-Parlament qed ikun immanipulat

Aqra wkoll

L-MWL bi pjaċir tinnota li, minkejja l-pressjoni fuq xi kandidati nisa biex ma jikkontestawx l-elezzjoni każwali, in-nisa xorta pparteċipaw bis-sħiħ f’dan il-proċess. L-attentat biex tiġi mmanipulata s-sistema huwa daqqa ta’ ħarta għal dawk li għandhom rappreżentanza ġusta għal qalbhom.

Li jkollok “kandidat ieħor jirrappreżenta kostitwenza partikolari” m’hi xejn ħlief skuża mgħottija, u huwa evidenti li kwistjonijiet tal-partiti qed jiġu prijoritizzati fuq ir-rappreżentanza demokratika. Wieħed m’għandux għalfejn ikun membru parlamentari biex jaħdem għall-membri ta’ xi komunità, speċjalment jekk huma diġà attivi fi ħdan l-istruttura ta’ partit politiku. Barra minn hekk, billi rrinunzja għall-opportunità li tikkontesta elezzjoni parzjali, biex imbagħad isir użu mill-mekkaniżmu tal-ġeneru, ifisser li nisa oħra li huma konformi li jibbenefikaw minn dan l-istess mekkaniżmu, ikunu esklużi mill-proċess għal kollox.

Essenzjalment, dawk in-nisa li jagħżlu li jitilfu l-proċess ta’ elezzjoni parzjali, qed jiċħdu dik l-istess opportunità lill-kandidati nisa li possibilment aċċettaw li jikkontestaw l-elezzjoni fid-dawl taċ-ċans akbar li kellhom biex jaslu fil-parlament u jikkontribwixxu biex tindirizza d-diskrepanza attwali fir-rappreżentanza ġusta.

In-nisa m’għandhom qatt jiġu mċaħħda mid-drittijiet li għandhom igawdu liberament, biex jaqdu lil dawk li s-sens ta’ intitolament tagħhom jaqbeż is-sens ta’ dmir u ġustizzja tagħhom.

Il-Malta Women’s Lobby ttenni l-impenn tagħha biex tara li l-politiċi ma jibqgħux jitħallew jinjoraw nofs il-popolazzjoni. Il-perċezzjoni tan-nisa bħala ċittadini tat-tieni klassi trid tieqaf issa.

“Aħna nitolbu li nkunu rrappreżentati fl-istrutturi kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Mhux se nisikket!”

Sport