Tuesday, November 25, 2025

Il-maltemp jikkawża dewmien fis-servizz tal-Gozo Channel

Aqra wkoll

Il-kumpanija Gozo Channel Operations Ltd. tixtieq tikkjarifika illi d-dewmien esperjenzat illum fil-vjaġġi bejn il-gżejjer kien riżultat tat-temp. Dan wassal biex il-vapuri tal-kumpanija qed joperaw minn wara Kemmuna, liema vjaġġ jitwal fil-ħin, iżda hu aktar sikur għal kull min jagħmel użu mis-servizz.

Sabiex il-kumpanija tirrimedja dan l-inkonvenjent, ikkawżat minn elementi li ma għandhiex kontroll fuqhom, ġie deċiż li s-servizz ikun wieħed ta’ shuttle u mhux skont l-iskeda.

Il-Gozo Channel tibqa’ kommessa li toffri l-aħjar konnettività possibbli bejn il-fliegu sakemm it-temp, li hu fattur ewlieni fit-tbaħħir, ikun jippermetti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport