Friday, September 13, 2024

Il-Maltempata Eunice tħalli tliet vittmi fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Tliet persuni mietu f’dik li qiegħda titqies bħala waħda mill-agħar maltempati li laqtgħet lir-Renju Unit fl-aħħar deċenji.

L-irjieħ qawwijin kkawżati mill-Maltempata Eunice qaċċtu siġar fost affarijiet oħra li spiċċaw jittajru fl-ajru. Dan wassal għall-mewt ta’ mara ta’ madwar 30 sena f’Londra, żagħżugħ ta’ madwar 20 sena minn Hampshire u raġel ta’ 50 sena minn Merseyside.

Riħ li laħħaq forza ta’ 122 mil fis-siegħa sab postu fil-quċċata tal-irjieħ qawwija li laqtu lill-pajjiż fil-passat. Dan wassal biex l-iskejjel spiċċaw magħluqin, it-trasport ġie mfixkel u xi djar spiċċaw mingħajr soqfa wkoll.

Skont rapporti, fl-aħħar sigħat mal-400,000 dar spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku. 

Ekonomija

Sport