Saturday, September 14, 2024

Il-Maltempata Filomena tkompli toħloq kaos fi Spanja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Spanja tinsab għaddejja f’tellieqa kontra l-ħin biex tneħħi l-ammont kbir ta’ silġ li mblokka għadd ta’ toroq arterjali, kif ukoll biex twassal provvisti tal-ikel u l- vaċċini tal-Covid-19 fiż-żoni affettwati mill-Maltempata Filomena. 

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, xejn inqas minn 50 ċentimetru ta’ borra niżlet fuq il-kapitali Madrid. Minn tal-inqas erba’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li eluf ta’ vjaġġaturi ma setgħux jagħmlu l-vjaġġ lura lejn djarhom. Dan il-pajjiż rarament jintlaqat minn temp ta’ dan it-tip. Din il-maltempata mistennija li tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħamis li ġej. 

Min-naħa tiegħu l-Gvern Spanjol qiegħed jieħu l-miżuri kollha neċessarji – fosthom anke bl-użu ta’ konvojs tal-pulizija – biex jiżgura li t-300,000 tilqima tal-Cov- id-19 jitwasslu kif skedat fiċ-ċentri tas-saħħa. 

Ekonomija

Sport