Sunday, December 22, 2024

Il-maltempata ta’ 26 sena ilu li ħasdet l-ħajja ta’ Mary Vella u li ħalliet ħerba fil-pajjiż 

Aqra wkoll

Bħal-lum 26 sena ilu, jiġifieri il-Ħadd 25 ta’ Jannar tal-1998, maltempata bir-ragħad u b’ammont sostanzjali ta’ silġ laqtet lil Malta. Fost id-diversi ħsarat li kkawżat, l-istess maltempata ħasdet il-ħajja tal-anzjana Mary Vella ta’ 74 sena. 

Vella kienet tkaxkret għal tul konsiderevoli bl-ilmijiet f’Birkirkara wara li ħarġet mill-karozza li kienet fiha. Il-katavru tagħha kien instab l-għada minn George Scerri, wieħed mill-qraba tagħha għall-ħabta tat-8:15 a.m. Huwa kien informa lill-Pulizija li kien sab l-kadavru mqabbad ma’ siġra li kienet tinsab fi ġnien li jinsab madwar sular u nofs taħt il-livell tat-triq fi Triq Mannarino f’Birkirkara. 

Minħabba  l-istess maltempata, l-industrija agrikola lokali sfat milquta b’mijiet ta’ eluf ta’ liri fi ħsara, tant li 45% tal-produzzjoni ġiet meqruda mill-elementi li ħakmu fuq il-gżejjer Maltin. Skond rapporti maħruġa mill-Ministeru tal-Bedja, l-aktarr li ġew milquta kienu ħxejjex bħal basal u patata, frott bikri u kaxex tan-naħal. 

Dakinhar kelliem għall-uffiċju meteoroloġiku kien qal lil dan il-ġurnal, li l-medja ta’ xita li niiżlet kienet ta’ madwar 38.1 mm. Il-maltempata damet sejra għal madwar sitt sigħat. Il-maltempata kienet l-aktar ikkonċentrata fiċ-ċentru tal-pajjiż, fejn il-postijiet li nqatlu bis-silġ kienu; Ħal Qorm, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, in-Naxxar u l-Mosta. 

Il-maltemp tal-Ħadd ma kkawżatx biss ħsarat fit-toroq u għelieqi, iżda ukoll xogħol enormi għat-taqsimiet tal-Pulzija. Matul is-sigħat tal-maltempata, il-Control Room tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija rċeviet minn tal-inqas 350 talba għall-għajnuna. It-talbiet li l-aktar l saru kienu għal assistenza minħabba għargħar fid-djar, kif ukoll għal assistenza għal sewwieqa u passiġġeeri li nqabdu f’karozzi u li anke nġarru mill-ilmijiet. 

Ekonomija

Sport